27/10/2026
Milied fil-Pjazza 2026 – Din is-sena, it-tfal se jkunu protagonisti!
Din is-sena, waqt Milied fil-Pjazza, se nkunu qed niddedikaw parti kbira mill-programm u mill-ispazju tal-pjazza u l-madwar proprju għat-tfal!
Ħejjejna għadd kbir ta’ logħob u attivitajiet divertenti biex it-tfal ikunu jistgħu jieħdu sehem, jilagħbu, jidħku u joħolqu memorji sbieħ f’atmosfera mimlija bil-maġija tal-Milied!
Nistednu lill-familji kollha biex jingħaqdu magħna mis-27 sad-29 ta’ Novembru għal tlett ijiem ta’ ferħ, divertiment u mumenti sbieħ flimkien!
Milied fil-Pjazza – fejn il-ferħ tal-Milied jieħu l-ħajja!