18/11/2024
Nhar is-Sibt 23 ta' Novembru ahna ha nkunu ghal din l-attivita! Ghejjew inghaqdu maghna gewwa il-Brigu!🥳
Il-Wellness Food Fest hi attività li tgħaqqad l-ikel mas-saħħa u l-benesseri tagħna. Diversi Entitajiet Governattivi u professjonisti mill-oqsma tas-saħħa u l-isport ingħaqdu flimkien f’din l-attività biex iwasslu l-messaġġ li għandna nagħtu prijorità lis-saħħa u l-benesseri tagħna u li dak li nieklu jagħmilna min aħna. Bħal kull nhar ta’ Sibt filgħodu, se jkun hemm il-bdiewa u l-produtturi jbigħu l-prodotti tagħhom bħal ħaxix u frott frisk tal-istaġun, ġbejniet, bajd u ħut fost prodotti oħra. Imma minbarra dan, se jkun hemm ħafna attivitajiet għaddejjin għan-nies ta’ kull età u għall-familji, anke għat-tfal ħalli jitrawmu minn età żgħira f’kultura fejn jagħtu prijorità lis-saħħa u l-benesseri tagħhom billi jagħżlu li jieklu ikel li jżommhom f’saħħithom, jeżerċitaw ruħhom u jieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħhom.
Nirringrazzjakom u nselli għalikom.